top of page
Unknown_edited.jpg

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tistieden lill-pubbliku sabiex jipparteċipa f’kunċert speċjali kbir tal-kanzunetta Maltija li se jsir f’Mejju tas-sena d-dieħla fil-Belt Valletta. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku se tkun permezz ta’ vot popolari fuq sit (website) li qed inniedu apposta bi tħejjija għal dan il-kunċert kbir.

 

X’għandek tagħmel biex tivvota?

Ivvota għall- kanzunetta Maltija favorita tiegħek, miktuba u interpretata bil-Malti, li ħarġet bejn l-1975 u l-2005. L-aktar 20 kanzunetta popolari fost dawk li jivvutaw se jkunu interpretati live minn fost l-aqwa kantanti lokali stabbiliti akkumpanjati minn orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela.

Asset 1_2x.png
bottom of page